Insomma, stembaħt il-Ħadd filgħodu
Bla ma stajt inżomm rasi mingħajr weġgħa.
U l-birra ta’ filgħodu kienet tajba,
Allura għad-diżerta hadt birra oħra.
Imbagħad fittixt fost ħwejġi fil-gradenza
U sibt il-qmis l-inqas maħmuġa.
Ħsilt wiċċi w għamilt xagħri
U nżilt it-taraġ biex niffaċja l-jum
Il-lejl ta’ qabel kont imlejt moħħi bid-duħħan
Tas-sigarretti u l-ghanjiet li kont daqqejt.
Iżd’issa xorta qabbadt ieħor u qadt nosserva tifel
Jagħti bis-sieq lil landa vojta.
Imbagħad qsamt it-triq
U xammejt riħa ta’ xi hadd jaqli tiġieġa
U balleċ, fakkritni f’xi ħaġa li kont tlift,
B’xi mod, x’imkien, matul it-triq.
Fuq bankina l-Ħadd filghodu
Nixtieq li kont imdamdam.
Għax il-Ħadd għandu xi haġa
Li ġġieghlek tħossok waħdek.
U ħlief il-mewt m’hemm xejn
Ta’ dieqa daqs il-ħoss
Ta’ bankina f’belt li għada rieqda,
U nieżel il-Ħadd filgħodu.
Fil-ġnien rajt missier
Ibandal tifla ckejkna kollha daħq.
U waqaft ħdejn tad-duttrina
Nissemma’ l-innijiet li qed ilissnu.
Imbaghad komplejt fit-triq,
Fil-bogħod ħoss ta’ qanpiena waħdanija
Jiddi fil-wied
Bħall-ħolm tal-bieraħ li qed jisparixxi.